Il-bottijiet tal-kunserva tat-three hills, waslu f’Pariġi fi Franza. F’ristorant partikolari fil-qalba tal-Kapitali Franċiża, issa tista’ tara xkaffa mimlija bottijiet tal-kunserva tipika ta’ Għawdex. F’ritratt li dan is-sit irċieva mingħand Għawdxi li bħalissa jinsab f’Pariġi, nistgħu naraw kif dan il-prodott lokali, jinsab fuq xkaffa ma’ numru ta’ prodotti oħra Franċiżi.

Dan mhux b’kumbinazzjoni, hekk kif ir-ristorant huwa ta’ Maria Bonnici, Maltija li ilha għal dawn l-aħħar snin tgħix f’Pariġi ma’ familtha. Ir-ristorant bl-isem ”La Bete Noire” joffri ikel bnin bi ħxejjex u prodotti tal-bdiewa franċiżi
