Il-Kungress Amerikan approva r-rebħa ta’ Donald Trump fl-elezzjoni Presidenzjali ta’ Novembru li għadda.
Dan ir-riżultat ġie approvat erba’ snin wara l-irvellijiet fil-Capitol, meta dakinhar kienet se tkun konfermata r-rebħa ta’ Joe Biden, fl-elezzjoni Presidenzjali tal-2020.
Ironikament, ir-riżultat uffiċjali tal-elezzjoni tal-ħamsa ta’ Novembru li għadda nqara mill-Viċi President Kamala Harris. L-istess Harris, li kkontestat u tilfet kontra Trump.
Wara din l-approvazzjoni mill-Kungress, issa l-pass li jmiss huwa li Donald Trump jinħatar uffiċjalment President tal-Istati Uniti, fl-20 ta’ Jannar li ġej.