Il-Kungress Amerikan approva pjan finanzjarju li jiswa’ $3.5 triljun. B’hekk id-Demokratiċi issa għandhom pjattaforma minn fuq xix ikunu jistgħu jattwaw l-aġenda politika tal-President Amerikan Joe Biden.
Id-Demokratiċi li għandhom kontroll minimu fuq iż-żewġ kmamar tal-kungress, rebħu l-vot fil-kamra tar-rappreżentanti b’220 vot favur u 212-il vot kontra. Il-pjan ma rċieva l-ebda appoġġ mir-Repubblikani.
Il-Partit ta’ Biden qed iħares biex jalloka diversi riżorsi f’appoġġ lill-familji, is-Saħħa u skemi li jimmitigaw it-tibdil fil-klima.
Id-destin ta’ dan il-pjan kien inċert sal-aħħar minuta minħabba tensjoni bejn il-progressivi u d-demokratiċi fil-kamra tar-rappreżentanti.