Midja barranija qed tirrapporta kif sptar u diversi ambulanzi sfaw milquta waqt bumbardamenti mill-ajru fis-Sirja, dan hekk kif il-Gvern Sirjan attakka żoni f’Aleppo li jinsabu f’idejn ir-ribelli.
Id-direttur tal-isptar tat-tfal qal kif hu kien qiegħed jistkenn fil-faċilità tal-kantina u b’hekk ma kienx disponibbli biex jitkellem.
Qed jiġi rrappurtat li madwar 21 persuna tilfet ħajjitha, ħamsa minnhom kienu tfal.