F’aġġornament ekonomiku li ħareġ il-Bank Ċentrali ta’ Malta għax-xahar ta’ Frar intqal li l-kundizzjonijiet ekonomiċi baqgħu qrib il-medja storika tagħhom.
Il-Bank Ċentrali, li saħaq li dan kien aġġornament ekonomiku qabel it-tifqiegħa tal-coronavirus f’pajjiżna spjega kif f’Jannar kienet reġistrata żieda sinifikanti fil-wasliet ta’ turisti u l-infiq tagħhom.
Spjega li l-indiċi tal-produzzjoni industrijali u l-bejgħ bl-imnut żdiedu wkoll.
Il-kundizzjonijiet fis-suq tax xogħol baqgħu favorevoli.
Il-qgħad aġġustat għall-effetti staġjonali kien f’livell baxx ta’ tlieta punt erbgħa fil-mija f’Jannar, filwaqt li n numru tal impjegati kompla jikber b’ritmu qawwi, żieda ta’ ħamsa punt sebgħa fil-mija fis sena sa Settembru li għadda.
Il-Bank Ċentrali qal ukoll li l-inflazzjoni fil-prezzijiet għall-konsumatur baqgħet moderata.
Sostna li kien hemm titjib fil-fiduċja fl-oqsma tal kostruzzjoni u s servizzi.