Fl-aħħar rapport, li joħroġ darbtejn kuljum mill-uffiċju stampa tas-Santa Sede fil-Vatikan, jiġifieri f’dak tal-bieraħ filgħaxija, intqal li Papa Franġisku ma kienx esperjenza attakki ġodda ta’ insuffiċjenza respiratorja.
Huma qalu li ma kienx telgħalu deni u kien alert u segwa t-terapija preskritta.
Il-pjan kien li jibqa’ jieħu ossiġnu b’mod mekkanizzat, iżda mhux invażiv, sa dalgħodu. Huwa qatta’ l-ġurnata jitlob u jistrieħ.
Il-kundizzjoni klinika tiegħu baqet stabbli nkluż il-qalb, il-kliwi u d-demm.