Il-Ħadd filgħaxija l-uffiċċju stampa tal-Vatikan ħareġ aġġornament dwar is-saħħa tal-Papa fejn qalu li matul il-jum il-qagħda tal-Papa Franġisku kienet waħda stabbli. L-istqarrija kienet tgħid li l-Papa ma kienx jeħtieġ ventilazzjoni mekkanizzata iżda kien qed jingħata ossiġnu supplimentari. Barra minn hekk ma kellux deni.
Hekk kif kienu qed jiddikjaraw matul il-jiem preċedenti, il-pronjożi kienet waħda riservata minħabba s-sitwazzjoni komplessa tal-qagħda klinika tiegħu.
Jidher li l-attakk iżolat li kellu l-Ġimgħa ma kien ħalla l-ebda effett kolLaterali, iżda r-riskju li l-kundizzjoni tal-Papa tmur għall-agħar għadu jeżisti.
Papa Franġisku ilu jirċievi trattament fl-isptar Gemelli ta’ Ruma mill-14 ta’ Frar.