Fi stqarrija maħruġa lbieraħ filgħaxija mis-Santa Sede, kien iddikjarat li l-kundizzjoni klinika tal-Kap tal-Knisja qalbet ftit għall-aħjar fejn anke niżillu d-deni.
Il-Papa Franġisku, li għandu 88 sena, ilu l-isptar ġimgħa jsofri minn pnewmonja, iżda għadu qed jieħu n-nifs indipendentement u qalbu tidher ukoll tħabbat b’mod regolari.
L-istqarrija qalet li filwaqt li t-testijiet tad-demm qed juru titjib żgħir, għadu kmieni wisq biex it-tobba jkunu jafu jekk it-terapija li qed jirċievi hux qed taħdem.
Sadanittant, il-Kardinal Pierbattista Pizzaballa ħeġġeġ lill-fidili kollha sabiex jingħaqdu fit-talb għall-fejqan kemm jista jkun malajr tal-Papa.