Fit-12 t’ Awwissu 2022, MaltaPost se toħroġ is-sitt ħarġa ta’ bolli li juru statwi f’numru ta’knejjes fil-Gżejjer Maltin.
Din il-ħarġa se tinkludi l-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Bormla, il-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija f’ Burmarrad, il-Madonna tar-Rużarju tal-Gudja, il-Madonna ta’ Loreto f’Għajnsielem, il-Madonna tas-Sokkors f’ Ta’ Kerċem, San Leonardu f’ Ħal Kirkop, Tas-Salvatur f’ Ħal Lija, it-Trinita Qaddisa fil-Marsa, l-Madonna tal-Karmnu taż-Żurrieq u Marija Annunzjata f’ Ħal Tarxien.
Is-sett se jinħareġ f’ folja ta’ għaxar bolli. Kull bolla hija ta’ daqs 31mm x 44mm, b’perforazzjoni ta’ 13.9 x 14.0 u l-folja hija ta’ daqs 182mm x 115mm.
Il-ħarġa f’din is-sensiela tikkonsisti f’800,000 bolla li għandhom valur ta’ €0.37.
Din il-ħarġa se tkun għal bejgħ mill-Fergħat Postali f’Malta u Għawdex minn nhar il-Ġimgħa 12 t’Awwissu 2022. Ordnijiet jistgħu jsiru mis-sit elettroniku www.maltaphilately.com, bil-posta mill-Philatelic Bureau MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001, bit-telefon 25961740 jew permezz tal-email: info@maltaphilately.com.
L-ewwel ħames settijiet fis-serje inħarġu fis-sena 2017, 2018, 2019, 2020 u 2021 rispettivament.
Ritratti ta’ Mark Micallef Perconte.