ll-kunċert b’xejn tal-kantanta internazzjonali Christina Aguilera, li se jsir is-Sibt filgħaxija fuq il-Fosos tal-Furjana bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-EuroPride Valletta 2023, issa hu uffiċjalment fully booked.
Waqt li l-bibien għall-kunċert se jiftħu fis-6:00 p.m., min ma laħaqx ibbukkja u allura m’għandux biljett se jkun jista’ jsegwi xorta waħda minn Pjazza Tritoni fejn saru arranġamenti speċjali biex jintrama screen kbir li jxandar il-kunċert live.
Peress li s-Sibt ukoll se tittella’ l-EuroPride March aktar kmieni u Triq Sant’Anna se tkun magħluqa bejn l-3:45 p.m. u l-5:00 p.m., sar appell lill-pubbliku inġenerali biex jevita li jidħol il-Belt jekk mhux għall-attivitajiet jew bħala neċessità.
Għal dan ukoll saru arranġamenti speċjali tat-traffiku għal matul il-ġurnata.