Fuq talba ġenerali, l-kunċert Mary Spiteri: My Life li ttella’ f’April li għadda f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, ser ikun qed jintwera fuq ONE nhar is-Sibt 30 ta’ Settembru fit-8.30pm

Is-serata tul dan il-kunċert tmexxiet minn Jason Micallef u matulha naraw lil din il-kantanta popolari Maltija tirrakkonta mal-udjenza uħud mill-esperjenzi personali ta’ matul il-karriera twila tagħha fix-xena mużikali. Rakkonti li ser jinstemgħu għall-ewwel darba f’serata mimlija emozzjonijiet u nostalġija.

Dan il-kunċert uniku kien ġie mtella’ mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u kien mibjugħ kollu wara ftit siegħat. Bosta kienu diżapuntati li dakinhar ma laħqux biljetti għal dan il-kunċert u għaldaqstant, grazzi għal ONE, fit-30 ta’ Settembru ser tkun opportunita’ għal bosta biex isegwu dan il-kunċert biex ikun jista’ jitgawda minn kulħadd.
