Tħabbru r-rebbieħa tat-13-il Edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-logħob tan-nar tal-art mekkanizzat li ġie organizzat mill-istess Kunsill b’kollaborazzjoni mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu fuq il-Fosos tal-Floriana, nhar is-Sibt 4 ta’ Mejju, 2019.
F’dan il- Festival kompetittiv ħadu sehem 8 Kumplessi jew Għaqdiet tan-Nar lokali li esebew l-aħjar żewġ biċċiet tan-Nar tagħhom.
Il-Kumpless tan-Nar San Filep ta’ Ħaż-Żebbuġ ġie iddikjarat bħala r-rebbieħ ta’ dan il-Festival.
Il-Kategorija għall-ahjar mekkanizmu ntrebħet mill-Kumpless tan-Nar San Filep, Ħaż Żebbuġ.
Il-Kategorija għall-ahjar prodotti wzati ntrebħet ukoll mill-Kumpless tan-Nar San Filep, Ħaz-Żebbuġ.
Il-Kategorija għall-originalita fid-disinji u movimenti ntrebħet mill-istess Kamra San Filep, Ħaż-Żebbuġ.
Il-ġurija kienet magħmula minn tliet pirotekniċi internazzjonali mir-Renju Unit, mill-Awstrija, ċ-Ċina u t-Taiwan u d-Danimarka, filwaqt li ċ-ċermen kien is-Sur Joe Teuma.
Il-ġurija evalwat x-xogħlijiet tan-nar waqt l-armar, waqt il-ħruq u anke permezz ta’ filmati.
Ir-riżultati tħabbru llum fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali Floriana fil-preżenza ta’ rappreżentanti tal-Għaqdiet kollha parteċipanti. Immedjatament wara, is-Sindku tal-Furjana s-Sinjorina Davina Sammut Hili ppreżentat il-premjijiet lir-rebbieħa.
Fuq Facebook il-Ministru Ian Borg feraħ lill-kamra tan-nar San Filep.