Il-Qorti ddeċidiet li l-kumpilazzjoni kontra Yorgen Fenech fuq allegat xiri ta’ armi tinstema’ fil-magħluq.
Dan hekk kif il-Ġimgħa filgħodu bdiet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Yorgen Fenech, li huwa akkużat li lura fl-2018 xtara armi u munizzjon mingħajr ebda liċenzja.
L-Ispetturi Omar Zammit u l-Ispettur Jeffrey Cutajar talbu biex ix-xhieda f’din il-kumpilazzjoni tinstema’ fil-magħluq.
Il-Maġistrat Nadine Lia laqgħet din it-talba.
Il-ġimgħa l-oħra, Yorgen Fenech wieġeb li mhux ħati meta tressaq il-Qorti b’rabta ma’ dan il-każ.
Huwa ġie mixli li fost oħrajn xtara bombi tal-idejn, 800 balla, machine guns u kimika tossika.