Is-sena d-dieħla, il-kumpens tal-għoli tal-ħajja skont l-indiċi tal-prezzijiet, dak magħruf ukoll bħala l-COLA, se jkun ta’ €5.24ċ fil-ġimgħa.
Fid-diskors tal-Baġit 2025, bit-tema ‘Pajjiż ta’ Kwalità’, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana sostna li r-rata ta’ inflazzjoni naqset sew din is-sena. Dan hekk kif l-inflazzjoni din is-sena mistennija tbatti għal 2.5% mir-rata ta’ 6.4% is-sena l-oħra. Is-sena d-dieħla, l-inflazzjoni mistennija tonqos għal 2.2%.
Minbarra hekk, il-Ministru Caruana semma kif, is-sena d-dieħla, il-Paga Minima Nazzjonali se tiżdied bi €8.24ċ fil-ġimgħa għal €221.78ċ fil-ġimgħa, wara l-ftehim storiku mal-imsieħba soċjali fl-aħħar snin.