Il-kumpanija Virtu Ferries qalet li għal kuntrarju ta’ dak li qed jiġi allegat hija ma kellha xejn x’taqsam mal-kwistjoni legali li qed taffaċċja l-kumpanija Ponte Ferries.
Virtu Ferries sostniet li hi wkoll applikat biex tkun tista’ tibda toffri s-servizz bejn Malta u l-port ta’ Augusta.
Tenniet li dawn l-applikazzjonijiet għadhom qed jiġu kkunsidrati u għadhom ma ġewx approvati.
Saħqet li hija ma bigħetx biljetti għal din ir-rotta qabel ma jiġi approvat il-permess.
Hija kompliet tgħid li l-kompetituri tagħha ma messhom qatt bigħu il-biljetti meta kienu jafu li għadhom m’għandhomx il-permessi neċessarji biex joffru s-servizz mill-port inkwistjoni.