Il-kumpanija Toly se tiftaħ fabbrika ġdida f’pajjiżna f’Ġunju li ġej b’investiment ta’ 20 miljun ewro.
Il-kumpanija li timmanifattura l-ippakkeġjar ta’ prodotti tal-irtokk ilha f’pajjiżna sa mill-elf disa mija u wieħed u sebgħin.
It-Toly kienet l-ewwel kumpanija li bdiet topera mill-Qasam Industrijali f’Bulebel. F’pajjiżna l-fabbrika tħaddem madwar tliet mija u ħamsin ħaddiem filwaqt li tħaddem elf ħaddiem madwar id-dinja.
Waqt li attenda għall-konferenza dwar il-bejgħ, id-deputat Prim Ministru Chris Fearne saħaq li l-gvern appoġġja dan l-investiment.
Fearne qal “ Il-manifattura tibqa’ importanti, it-tolly hija waħda minn dawk il-kumpaniji illi bdiet ħamsin sena ilu kważi fl-1971 u għadha tikber u tikber sew. F’Malta timpjega 350 ruħ, madwar id-dinja 1,000 ruħ u fix-xhur li ġejjin se tkun qed tiftaħ fabbrika ġdida, investiment qawwi ta’ xi għoxrin miljun ewro biex tkompli taqsam mas-suċċess ta’ pajjiżna.”
Iċ-Chairman tal-Malta Enterprise William Wayte qal li l-aġenzija trid tassigura li waqt li jinġiebu investimenti ġodda, tibqa’ tingħata l-għajnuna meħtieġa lil kumpaniji li ilhom f’Malta s-snin.