Il-kumpanija tal-Avjazzjoni Medavia kellha kliem pożittiv għall-proposti mħabbra mill-gvern fil-white paper dwar is-suq tal-kera.
Dan fl-laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika mas-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes dwar il-white paper li għandha l-għan li tibda tirregola s-suq tal-kera.
Il-Kumpanija Medavia tħaddem ‘il fuq minn 200 ħaddiem, b’70 minnhom ikunu ħaddiema barranin.
Il-Kap tar-Riżorsi Umani tal-kumpanija Medavia Ivan Refalo, sejjaħ il-White Paper bħala waħda pożittiva. Huwa tkellem dwar kif il-ħaddiema qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ pizijiet kbar meta jiġu biex jikru. Huwa qal li l-Kumpanija tikri għadd postijiet fejn jghixu l-l-bdoti u l-inġiniera tagħha.
Is-Sur Refalo qal li minħabba li suq tal-kera f’Malta mhux regolat, bosta ħaddiema qed jitolbu żieda fis-salarji tagħhom biex jagħmlu tajjeb għaż-żieda esaġerata fil-kirjiet.
Is-Segretarju Parlamentari Roderick Gales qal li sabiex tfasslet il-White Paper dwar is-suq tal-kera, il-gvern iltaqa’ ma’ ‘l fuq minn 350 kumpanija li jaħdmu fi 30 entità differenti, fosthom kumpaniji tal-avjazzjoni, gaming, u fabbriki, u fehem l-isfida li qed iħabbtu wiċċhom magħhom bil-kirjiet.