Il-kumpanija City Sightseeing qalet li nħasdet meta saret taf li vettura tal-kumpanija tagħha kienet involuta fl-inċident li seħħ ilbieraħ fiż-Żurrieq fejn indarbu 50 persuna bi 12 minnhom ikunu tfal u li sfortunatament ħalliet tnejn mejta.
Il-kumpanija fi stqarrija qalet li l-ħsibijiet tagħha jmorru fuq il-vittmi ta’ dan l-inċident traġiku.
Qalet ukoll li għaddejja b’komunikazzjoni mal-operatur tal-franchise biex tistabilixxi l-fatti kollha tas-sitwazzjoni.
Għalissa mhix f’pożizzjoni li tagħti kummenti dwar dan il-każ.