Il-kumpanija dinija li timmanifattura l-jottijiet u dawk anke magħrufa bħala Super Yachts, San Lorenzo, għażlet li tirreġistra Super Yacht tal-aħħar teknoloġija u li huwa ħabib tal-ambjent taħt il-bandiera Maltija.
Il-kumpanija Taljana magħrufa għal uħud mill-aqwa jottijiet li jaqsmu l-ibħra madwar id-dinja, ħabbret dan permezz taċ-Chairman tagħha Massimo Perotti waqt il-Malta SuperYacht Symposium.
ONE News li attenda għal dan is-Symposium, tkellem ma’ Perotti hekk kif spjega t-teknoloġija wara dan is-SuperYacht hija waħda sostenibbli u taħdem b’dak li huwa magħruf bħala Fuel Cell.
Qal, “With Fuel Cell, you have hydrogen, oxygen hence you produce electricity without turning the combustion engine so you do not produce carbon and the residual is water so it goes in the sea. So it’s perfect.”
Perotti spjega wkoll li l-ewwel bastiment ta’ dan it-tip mistenni jitlesta fl-2024.
Huwa spjega wkoll għaliex intagħżlet il-bandiera Maltija bħala l-ewwel ġurisdizzjoni li fiha dan il-bastiment li huwa l-ewwel tat-tip tiegħu fid-dinja, jiġi rreġistrat.
Qal, “We choose Malta because we think that your jurisdiction is more open and flexible and I would say open to discuss new technology.”
Intant preżenti għal dan is-symposium attenda l-Ministru għat-Trasport Aaron Farrugia. Ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet, il-Ministru Farrugia tenna s-sodisfazzjon tiegħu għall-fiduċja li l-kumpanija San Lorenza qed turi f’pajjiżna.
Huwa spjega kif din l-għażla se twassal biex tiżdied il-fiduċja fil-bandiera Maltija bħala ġurisdizzjoni serja u li tħaddan fi ħdanha reġistru b’saħħtu ta’ bastiment ta’ kull tip minn madwar id-dinja.
Qal, “Malta qed issir jurisdiction of choice ta’ ħafna u nafu li dak li qed naraw bħalissa se jsegwi b’iktar kumpaniji fuq livell globali li jersqu lejn Malta biex ikomplu wkoll jippromwovu din l-industrija imma li tkun waħda sostenibbli.”