Il-kumpanija MSC għandha l-hsieb li minbarra s-servizz ta’ cruises u ġarr ta’ merkanzija, tkompli l-kolaborazzjoni ma’ pajjiżna permezz tal-ġarr ta’ passiġġieri bejn Malta u l-Italja. Dan fi proġett li x-xogħol dwaru għadu għaddej.
Dan tħabbar fl-okkażjoni li mmarkat id-daħla f’pajjiżna tal-ewwel cruise liner ta’ MSC rreġistrat f’pajjiżna – L-MSC Meraviglia, li sal-aħħar tas-sena se jkun ġab lejn pajjiżna mal-150,000 turist.
Fil-fatt b’investiment ta’ 9 biljun ewro il-kumpanija MSC f’temp ta’ 10 snin se tirdoppja l-flotta tagħha u tittripla l-kapaċità ta’ passiġġieri li ġġorr. Dan filwaqt li 11-il cruiseliner se jkunu qed itajru l-bandiera Maltija.