Is-servizz tal-internet tal-Melita qed ikollu problemi minħabba li din il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni ġarrbet attakk virtwali fuq is-sistema tagħha.
Wara n-12:30pm, il-klijenti ta’ din il-kumpanija bdew jirrapportaw li kienu qed jesperjenzaw diffikultajiet fuq l-internet fosthom biex jibgħatu l-messaġġi u jidħlu f’siti elettroniċi.
Minkejja dan, is-servizzi tat-telefonija, messaġġi u t-televiżjoni ma kinux affettwati.
Il-kumpanija skużat ruħha mal-klijenti tagħha għal kull inkonvenjent.