B’reazzjoni għall-isplużjoni ta’ ċilindru tal-gass f’parapett ta’ residenza il-kumpanija Liquigas qalet li qed twettaq il-valutazzjoni teknika meħtieġa biex tinvestiga l-kawża u ċ-ċirkostanzi relatati.
“Dawn se jkunu mgħarrfa lill-pubbliku ladarba jiġu evalwati l-fatti relevanti kollha”, saħqet il-kumpanija li sostniet ukoll li qed tikkollabora bis-sħiħ mal-inkjesta maġisterjali.