Is-sit popolari onlajn ta’ diversi ditti House of Fraser ħabbret permezz ta’ twitter li se tkun qed tikkanċella l-ordnijiet kollha u ser tagħti l-flus lura lill-klijenti tagħha wara li kien hemm nuqqas ta’ qbil mal-operatur prinċipali. Dan kien se jfisser f’dewmien biex il-prodotti jaslu għand il-klijenti.
L-operatur kien XPO Logistics li waqaf jipproċesa l-ordnijiet il-ġimgħa li għaddiet minħabba nuqqas ta’ qbil fuq ħlas.
Jidher li l-kumpanija Sports Direct xtrat is-sit House of Fraser fl-10 ta’ Awwissu li għadda.
L-erbgħa li għaddiet House of Fraser kienet imġiegħla tgħalaq is-sit uffiċjali tagħha.
Due to delays with delivering online orders, we have taken the decision to cancel and refund all orders that have not already been sent to customers. All customers affected will receive an email in the next couple of days. Please accept our apologies for any inconvenience caused.
— House of Fraser (@houseoffraser) August 16, 2018