- Il-kumpanija GO bi qligħ ta’ €28.1 miljun qabel it-taxxa
GO plc irreġistrat riżultati b’saħħithom ta’ €28.1 miljun fi qligħ qabel it-taxxa jirrappreżenta tkabbir sostanzjali fil-prestazzjoni operattiva tal-Grupp. Il-flus ġenerati mill-operati kienu ta’ €63.8 miljun, żieda ta’ €27.0 miljun fuq l-2015. Dan seħħ b’riżultat ta’ titjib fil-ġenerazzjoni ta’ flus mill-operati f’Malta.
Iċ-chairman ta’ GO plc, Nizar Bouguila, qal li dawn ir-riżultati huma xhieda tal-istrateġija li tħares ‘il quddiem li t-tim maniġerjali tal-Grupp żviluppa u implimenta f’dawn l-aħħar snin, u li kellha l-għan aħħari li twassal esperjenza tajba lill-klijenti tagħha.