Il-kumpanija Captain Morgan iddeċidiet li tissospendi temporanjament ix-xogħolijiet tagħha max-xatt ta’ San Ġiljan.
Fi stqarrija l-kumpanija qalet li qed tagħmel dan b’sens ta’ rieda tajba minkejja li għandha l-permessi meħtieġa kollha mill-awtorijiet biex tkompli b’xogħolha.
Hi kompliet tgħid li dalgħodu l-kuntrattur kien infurmat biex ineħħi barkun wara li l-kumpanija kellha diskussjoni mal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan u diversi għaqdiet mhux governattivi biex tinstab soluzzjoni.
L-istqarrija qalet li l-kumpanija rċeviet approvazzjoni mill-ERA, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, li kkonfermat t-tkomplija fuq ix-xogħolijiet fuq il-pontun bejn il-klabb għall-isport akwatiku ta’ San Ġiljan u l-klabb tan-Neptunes.
Kelliem għall-kumpanija qal li b’dan is-sens ta’ rieda tajba ser jidħlu f’taħdidiet mal-partijiet konċernati bil-għan li tinstab soluzzjoni.