Ser ikun hemm bidla fil-prezzijiet tal-ħalib minn Nhar it-Tnejn li ġej.
Dan ħabbritu l-entità Malta Dairy Products li spjegat li din iż-żieda hija sostanzjali sabiex jassiguraw u jsostnu l-għejxien ta’ diversi raħħal tal-ħalib.
Il-kumpanija saħqet li se tkompli tespandi l-firxa ta’ prodotti fis-suq sabiex taqdi l-bżonnijiet u l-gosti tal-konsumaturi li dejjem jinbidlu.