Il-kumpanija Amazon qed taffaċċja kritika dwar il-kriterji ta’ saħħa u sigurtà tagħha wara inċident fl-istat Amerikan ta’ Illinois li ħalla sitt ħaddiema mejta meta l-binja tal-kumpanija ġġarrfet bi tromba tar-riħ.
Il-kumpanija qalet li t-tim irrisponda mill-ewwel malli seħħ l-inċident.
Is-saqaf tal-maħżen fejn seħħ l-inċident, iġġarraf malli ntlaqat mill-maltemp.
Oħt waħda mill-vittmi kitbet fuq il-midja soċjali li dan l-inċident qatt ma kien iseħħ li kieku l-kumpanija jimpurtaha mill-ħajja tal-ħaddiema iktar milli mill-produttività tagħhom.