Dalgħodu d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Ministru tal-Gustizzja Owen Bonnici iltaqgħu mal-Kummissjoni Venezja fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa li tinsab f’pajjiżna sabiex tagħti pariri dwar kwistjonijiet kostituzzjonali u legali dwar is-Saltna tad-Dritt.Il-Kummissjoni Venezja laqgħet it-talba tal-Gvern biex tanalizza fost oħrajn l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna u diversi proċessi oħra.
Il-President tal-Kummissjoni ta’ Venezja Gianni Buquicchio u l-Viċi President tal-Kummissjoni qal li aħna se naraw kif is-sistema tista’ titjieb biex tiżdied is-saltna tad-dritt.
Chris Fearne qal li l-Gvern jinsab kburi li pajjiżna għandu ġudikatura indipendenti u kif il-gvern dejjem ħadem sabiex id-demokrazzija tirrenja. Qal li anki l-istituzzjonijiet huma indipendenti f’pajjiżna.