Il-Kummissjoni tal-Ħatra t’Avukat Ġenerali ppubblikat is-sejħa għall-post ta’ Avukat Ġenerali ġdid, fil-Gazzetta tal-Gvern tal-lum.
Fi stqarrija l-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis qal li s-sejħa pubblika għandha tibqa’ miftuħa sa nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Awwissu.
Il-kandidati prospettivi għall-kariga t’Avukat Ġenerali għandhom ikollhom mhux inqas minn tnax-il sena prattika bħala avukat f’Malta jew ikunu servew bħala Maġistrat f’Malta.
Il-Kummissjoni għall-Ħatra ta’ Avukat Ġenerali l-ġdid li twaqqfet se titmexxa mill-Imħallef Emeritus Michael Mallia, bl-Imħallfin Emeriti Lawrence Quintano u Antonio Mizzi huma membri ta’ din il-Kummissjoni.
Il-Ministru Zammit Lewis tenna li għall-ewwel darba, l-Avukat Ġenerali se jkun qed jinħatar wara proċess wiesa’ u trasparenti