Matul il-jum fejn kulħadd jagħmel pawża mill-politika, l-Kummissjoni ‘indipendenti’ għall-finanzjament tal-partiti politiċi iffurmata mill-Partit Nazzjonalista ddeċidiet li tibgħat stqarrija biex il-pubbliku jibatilha s-suġġerimenti tiegħu dwar, fost oħrajn, il-finanzjament tal-partiti politiċi.
Dik li suppost kellha tkun Kummissjoni indipendenti fil-verità mhijiex indipendenti dan għaliex fil-qalba tagħha hemm l-eks Ministru tal-Ġustizzja Tonio Borg u lil Petra Caruana Dingli. Biex ma nsemmux ukoll li l-ewwel laqgħa ta’ din il-Kummissjoni kienet preseduta mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista stess Simon Busuttil.
Il-Partit Nazzjonalista waqqaf din il-Kummissjoni ftit wara li faqqa’ l-iskandlu Skema Pagi PN li s’sissa għalkemm ifforma l-Kummissjoni għadu ma ppubblika ebda invoice falza, minkejja li kien sfidat bosta drabi mill-grupp DB stess.
Fl-istqarrija t-talba għall-konsultazzjoni pubblika hija dwar:
– Jekk il-membri parlamentari għandhomx ikunu full-time jew part-time
– Finanzjament mill-istat tal-partiti politiċi
– Konflitt ta’ interess dwar attivitajiet privati u professjonali tad-deputati