Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ħabbret li l-Kummissjoni se twaqqaf kompletament l-abbozz li kien se jnaqqas b’50% tal-pestiċidi mill-bdiewa sal-2030.
Din kienet parti mill-pjan tal-Unjoni Ewropea tal-Green Deal, li għandha l-għan li l-kontinent Ewropew ikun ħieles mill-karbonju sal-2050.
Dan l-abbozz qajjem furur fost il-bdiewa madwar l-Ewropa, fost anki l-bdiewa u raħħala Maltin ingħaqdu ma’ bdiewa oħra Ewropej.
Dan meta nhar il-Ġimgħa għamlu protesta paċifika bil-vetturi u l-inġenji tagħhom minn Ta’ Qali sal-Furjana kontra d-direttivi Ewropej.
Fil-Furjana, il-Prim Ministru Robert Abela żar b’mod spontanju lil dawn il-bdiewa, fejn sema’ l-karbiet tagħhom.
Din iż-żjara tal-Prim Ministru Malti ġiet irrapporta mis-sit internazzjonali tal-aħbarijiet Reuters.