Il-Kummissarju Ewropew tas-saħħa Stella Kyriakidou tgħid lil Gvern Malti li qed jamministra b’mod tajjeb ħafna l-imxija tal-Coronavirus.
Waqt il-programm Pjazza mxandar fuq ONE t-Tnejn filgħaxija, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żvela li l-Kummissarju Ewropew ċemplitlu fejn qaltlu li mhux li kien pajjiżi oħra qed jimxu bħal Malta biex jikkontrollaw il-virus.
Dan l-aħħar kumment isegwi rapport mis-sit awtorevoli ‘Investment Migration Insider’ li nnota kemm pajjiżna kien preparat għall-imxija tal-COVID-19.
Apparti minn hekk kien hemm l-għaqda dinjija tas-saħħa li fissret kif din il-gżira ċkejkna hija mudell għall-pajjiżi oħra madwar id-dinja għal mod kif qed tiġi amministrata s-sitwazzjonijiet b’rabta mal-Coronavirus.
Intant fl-istess programm, id-Deputat Prim Ministru qal li għada se tasal it-tieni kunsinja ta’ ilbies protettiv għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa f’pajjiżna magħrufa bħala ppes.
Huwa saħaq li hemm ukoll għaxar ventilaturi ġodda għall-isptar ġenerali t’Għawdex.