Fid-dibattitu dwar Malta fil-Parlament Ewropew, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mill-Valuri u t-Trasparenza, Vera Jourova, irrikkonoxxiet kif il-Gvern Malti mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela għamel numru ta’ riformi f‘dawn l-aħħar snin.
Jourava semmiet kif pajjiżna embarka fuq numru ta’ riformi mill-2020 u sostniet ukoll li l-Gvern Malti għadu għaddej fuq dawn ir-riformi.
Fost dawn ir-riformi li semmiet Jourava, hemm it-tisħiħ u l-indipendenza tal-Ġudikatura.
Vera Jourova semmiet ukoll li hemm sfidi oħrajn, fosthom id-dewmien tas-sentenzi tal-Qrati.
Hawnhekk il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea nnutat li l-Gvern Malti qed jieħu diversi iniżjattivi sabiex ikun hemm aktar effiċċjenza, fosthom anki żieda fil-ġudikatura.