Il-Kummissjoni Ewropea ffirmat ftehim mal-kumpanija tal-farmaċewtika AstraZeneca li se jwassal sabiex kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta se jkollhom vaċċin għall-Coronavirus.
Dan il-ftehim ġie ffirmat mill-Kummissarju għas-Saħħa Stella Kyriakides, fejn se jinxtraw 300 miljun vaċċin, b’għażla li jżidu aktar skont il-popolazzjoni ta’ kull pajjiż.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen qalet li l-Kummissjoni Ewropea qed taħdem bla waqfien sabiex tipprovdi vaċċin li huwa sigur għaċ-ċittadini Ewropej.
Dan il-ftehim seħħ wara li f’nofs Ġunju li għadda, il-Kummissjoni Ewropea nediet strateġija sabiex iċ-ċittadini Ewropej ikollhom vaċċin f’temp ta’ sena u nofs.