Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret it-tmien pakkett ta’ sanzjonijiet fuq ir-Russja, li fosthom limitu massimu fuq il-prezz tal-gass Russu.
Dan tħabbar l-Erbgħa waranofsinhar f’konferenza tal-aħbarijiet mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea, Josep Borrell.
Dan il-pakkett il-ġdid ta’ sanzjonijiet tħabbar hekk kif saru referenda fi bliet Ukreni sabiex isiru parti mir-Russja ta’ Vladimir Putin.
Dawn is-sanzjonijiet jinkludu wkoll aktar miżuri kontra individwi li qed jgħinu lil Putin fil-gwerra kontra l-Ukrajna u kif ukoll aktar projbizzjonijiet fil-qasam tal-kummerċ.
Dawn il-miżuri mħabbra mill-Kummissjoni Ewropea mistennija jkunu diskussa waqt il-laqgħa urġenti tal-Ministri tal-Enerġija fir-Repubblika Ċeka.