Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu telefonata mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker, fejn dan tal-aħħar innota kif fil-każ Aquarius, Malta mxiet skont ir-regoli internazzjonali.
Minn naħa tiegħu, il-Prim Ministru Malti spjega kif minkejja stqarrijiet inaċċettabbli mill-Ministru Taljan iktar kmieni llum, jittama li r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi terġa’ lura għan-normal.
Fl-istess waqt, il-Prim Ministru Malti u l-President tal-Kummissjoni Ewropea ddiskutew proposti tal-Kummissjoni dwar il-migrazzjoni, u l-passi li jmiss jittieħdu.