Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-Kroazja tista’ taddotta l-munita Ewro minn Jannar tas-sena d-dieħla.
B’dan ifisser li l-Kroazja se tkun l-għoxrin pajjiż li tissieħeb fiż-Żona tal-Ewro.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Kummissjoni Ewropea qalet dan wara li mir-rapport li sar, ħareġ li l-Kroazja tista’ tissieħeb fiż-Żona tal-Ewro.
Il-pass li jmiss sabiex il-Kroazja formalment tissieħeb parti miż-Żona tal-Ewro s-sena d-dieħla, huwa li jkun hemm qbil fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew, li se ssir aktar tard dan ix-xahar.