Il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol laqa’ l-kummenti pożittivi tal-Kummissjoni Ewropea dwar kif l-ekonomija Maltija se tibqa’ tikber u kif iż-żieda fl-ispiża hi waħda sostenibbli.
Dan hekk kif il-Kummissjoni Ewropea ħarġet ir-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar l-ekonomiji tal-istati membri fl-Unjoni Ewropea.
Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni Ewropea nnotat li f’pajjiżna qed ikompli l-investiment pubbliku. Intqal li l-Gvern Malti jemmen li dawn ir-riżultati huma wkoll dovuti għall-għajnuna fis-settur tal-enerġija.
Dan hekk kif il-Gvern, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, se jkompli b’din il-politika ta’ stabilità anke s-sena d-dieħla.
Fil-fatt fil-baġit għas-sena d-dieħla, il-Gvern mistenni jinvesti €350 miljun biex il-prezzijiet jibqgħu ma jogħlewx għall-familji u n-negozji.