Fir-rapport tagħha dwar programmi ta’ ċittadinanza b’investiment fl-Unjoni Ewropea u programmi oħra simili, il-Kummissjoni Ewropea reġgħet ħalliet lill-Partit Nazzjonalista iżolat.
Il-Partit Laburista nnota li minkejja d-diversi suġġerimenti li saru mill-Kummissjoni Ewropea, din imkien m’għamlet bħal Adrian Delia u qalet li programmi simili m’għandhomx jeżistu. Minflok, saru sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet li l-Gvern Malti diġa’ ddikjara li jaqbel magħhom.
Il-Partit Nazzjonalista ta’ Adrian Delia jrid ireġġa’ l-arloġġ lura billi jimmina programm li qed ikun ta’ benefiċju ekonomiku għall-pajjiżna. Hija ħasra li għal darb oħra l-PN qed jagħżel li minflok jieħu n-naħa ta’ Malta u l-investient qed jieħu l-attitudni partiġjana li issa ndrat u li għandha l-interess li xekkel il-ġid kbir li qed ikun attirat lejn pajjiżna.