Il-Kummissjoni Ewropea approvat skema ta’ €720,000 sabiex tagħti għajnuna lil dawk is-sajjieda tat-tonn li jaħdmu għal rashom f’pajjiżna.
L-għan ta’ din l-iskema huwa li jgħin lis-sajjieda tat-tonn Maltin sabiex jirkupraw u tkun ta’ għajnuna wara d-daqqa li qalgħu minħabba l-pandemija, hekk kif il-prezz tat-tonn niżel b’mod drastiku.
B’hekk is-sajjieda jkunu jistgħu jkomplu bil-ħidma tagħhom wara skoss li ħadu minħabba l-imxija.
Din l-għajnuna lis-sajjieda tat-tonn li jaħdmu għal rashom se tkun qed tingħata forma ta’ għotjiet diretti, b’din l-għajnuna se tkun qed tingħata skont kwota li hija assenjata mid-Dipartiment tas-Sajd.
Din l-għajnuna mhux se tkun mhux aktar minn mija u għoxrin elf ewro għal kull sajjied tat-tonn tat-tip bluefin.
Il-Kummissjoni Ewropea qalet li din l-għajnuna hija neċessarja għal dawn is-sajjieda, biex tkun mgħejjuna l-ekonomija tal-membri stati Ewropej.