F’rapport li janalizza t-tmienja u għoxrin pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea għamlet analiżi pożittiva oħra dwar Malta u osservat li l-ekonomija Maltija kompli tikber b’rata aktar mgħaġġla mill-medja Ewropea.
“It-tkabbir tal-ġid nazzjonali ta’ Malta kiber bi kważi tmienja fil-mija bejn l-elfejn u erbatax u l-elfejn u tmintax, biex l-ekonomija Maltija kienet fost l-aktar ekonomiji li qed jikbru b’ritmu mgħaġġel fl-Ewropa”, qalet il-Kummissjoni.
“Malta’s annual growth in real gross domestic product (GDP) averaged 7.8% between 2014 and 2018, making it one of the fastest growing economies in the EU.”
Issemmi diversi oqsma u fost l-oħrajn tirrimarka li għall-ewwel darba fl-istorja r-rata ta’ parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol f’Malta qabżet il-medja Ewropea.
“It-tkabbir ekonomiku robust ta’ Malta mexa id f’id ma’ aktar ħolqien ta’ impjiegi”, sostniet il-Kummissjoni Ewropea.
“Robust economic growth has gone hand in hand with sustained employment growth.”
Mill-analiżi joħroġ ukoll li pajjiżna huwa fuq il-medja Ewropea b’rabta ma’ indikaturi li jagħtu xogħol xieraq liċ-ċittadini u li dan ikkontribwixxa bi sħiħ fit-tnaqqis tal-faqar.
L-analisti Ewropej sostnew li l-ħolqien tax-xogħol u tkabbir ekonomiku għenu mhux ftit fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.
“Strong economic growth and job creation helped to reduce the risk of poverty or social exclusion in recent years.”
Il-Kummissjoni tbassar li l-finanzi pubbliċi mistennija jibqgħu f’qagħda tajba u rrimarkaw li fuq medda ta’ erba’ snin, bejn l-elfjen u erbatax u l-elfejn u tmintax, l-għafsa tad-dejn fuq il-Maltin niżlet b’aktar minn sbatax fil-mija.
Ir-rapport jilqa’ wkoll b’mod pożittiv ħidmet il-Gvern biex itejjeb il-qafas regolatorju fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus b’aktar riżorsi lill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA u l-FIAU.
Il-kummissjoni qalet li hija sodisfatta bil-kuxjenza soċjali li qed turi Malta/ Osservat li l-pensjonijiet żdiedu b’aktar minn għoxrin fil-mija, l-akbar żieda f’erbgħin sena.
“Hike of more than 20% in the average public pension in 2020, the largest increase since 1980.”
Dwar is-servizz tas-saħħa qalet li dan qed jingħata b’mod effettiv u miftuħ għal kulħadd.
Dan filwaqt li l-ħinijiet tal-istennija tjiebu u ttieħdu diversi inizjattivi biex tiżdied l-effiċjenza fil-qasam tas-saħħa.
Ir-rapport innota wkoll ir-riformi biex tiżdied l-akkommodazzjoni soċjali u biex il-kirjiet isiru aktar affordabbli.
Il-Kummissjoni faħħret ukoll miżuri riċenti biex jonqos l-użu tat-trasport privat favur inqas tniggiż ambjentali.
B’reazzjoni il-Gvern qal li dan ir-rapport jikkuntrasta sew ma’ dak li ħarpet il-Kummissjoni seba’ snin ilu meta kienet inkwetata fuq il-qagħda ekonomika ta’ pajjiżna.
Il-Gvern qal li waqt li l-Oppożizzjoni tgħid li l-ekonomija qed jikber biċ-cheap labour, il-Kummissjoni qalet li l-pagi f’Malta bdew jiżdiedu fl-elfejn u tmintax u mistennija jkomplu jiżdiedu.
“Wage growth started accelerating in 2018 and is expected to remain strong in 2019 and 2020.”
Qal li l-Gvern irrikonoxxa li hemm oqsma fejn pajjiżna jonqsu jaħdem iżjed iżda l-konklużjoni tar-rapport hija ċara u ssostni li l-familji Maltin u Għawdxin qed jgħixu s-suċċess.