Il-Kummissjoni Elettorali tal-Libja talbet biex l-elezzjoni ġenerali tal-pajjiż, li kellha ssir nhar il-Ġimgħa, tiġi posposta b’xahar.
Il-Kummissjoni pproponiet li data l-ġdida għanda tkun it-Tnejn erbgħa u għoxrin ta’ Jannar.
Iktar kmieni dan ix-xahar, il-Kumitat Parlamentari kien qal li huwa impossibbli lill-elezzjoni ssir nhar il-Ġimgħa li ġej.
It-tħejjija għall-votazzjoni kienet ikkaratterizzata minn tilwim dwar l-eliġibilità tal-kandidati.