B’reazzjoni għar-rapporti li dehru fil-midja fejn ġie sostnut li Lovin Malta ġie rreġistrat bħala partit politiku, fi stqarrija, il-Kummissjoni Elettorali qalet li filwaqt li tikkonferma li rċeviet applikazzjoni għal dan il-għan, għadha m’approvatx lil Lovin Malta bħala partit politiku.
Il-Kummissjoni għad trid teżamina d-dokumenti mibgħuta lilha sabiex tara jikkonformawx mal-provvedimenti tal-Liġi tal-Finanzjament ta’ Partiti Politiċi (Kap. 544) qabel ma tieħu deċiżjoni. Dan huwa proċess li sar u li jsir għal kull applikazzjoni li tirċevi.