Fi stqarrija uffiċjali, il-Kummissjoni Elettorali kkonfermat li bidlet il-metodu ta’ kif ikkalkulat it-turn-out sas-2pm.
Il-Kummissjoni Elettorali spjegat li l-persentaġġ approssimattiv ta’ votanti li vvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali mħabbar aktar kmieni llum, kien ikkalkulat billi tnaqqsu n-numru ta’ dawk il-votanti li ma ġabrux id-dokument tal-vot min-numru ta’ votanti rreġistrati.
Dan b’differenza għal dak li kien ġara fl-elezzjonijiet tal-2019, din id-darba ġew inklużi fl-istatistika l-votanti li kienu tefgħu l-vot tagħhom fil-ġranet ta’ qabel, biex tingħata stampa iktar sħiħa ta’ kemm votanti fil-fatt kienu vvutaw b’kollox sal-lum fis-2:00pm.
Fil-fatt meta wieħed iqabbel like with like, it-turn-out sas-2pm li jinkludi anki lil dawk li għażlu li jastejnu għaliex ma ġabrux id-dokument tal-vot, għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ikun ta’ 38% u għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali jkun ta’ 31%.
AQRA WKOLL: