Il-Kummissjoni Elettorali se tkun qed tinvestiga Skema Pagi PN.
Fil-fatt, il-Kummissjoni Elettorali ħabret li ħatret Bord Investigattiv biex jinvestiga “każijiet kollha li għandha quddiemha dwar allegati ksur tal-liġi tal-Finanzjament ta’ Partiti Politiċi.”
Il-Kummissjoni qalet li l-kompożizzjoni tal-Bord se tkun mħabbra meta l-persuni jiġu appuntanti fil-ġranet li ġejjin. ONE NEWS huwa mgħarraf li din id-deċiżjoni ttieħdet tul il-jum tal-bieraħ wara li fl-aħħar jiem kompliet tikber il-pressjoni pubblika wara li nkixef kif negozjanti kienu qed iħallsu b’mod dirett il-pagi ta’ uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista.