L-istatistiku Vince Marmarà nnota bidla fil-metodu ta’ kif il-Kummissjoni Elettorali tikkalkula t-turn-out li ħarġet uffiċjalment ta’ kemm ivvutaw sas-2pm.
Marmarà spjega kif hemm differenza kbira bejn dawk li ġabru l-vot għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali.
“Mela allura biex il-Kummissjoni Elettorali qed tagħti persentaġġ kważi l-istess qed tikkalkula fuq dawk eleġibbli għax ġabru l-vot. Is-soltu kienet tikkalkula t-turnout fuq dawk il-voti reġistrati. Mela biex inqablu like with like ma’ ħames snin ilu, il-persentaġġ tat-turnout sas-2pm hu ta’ 38.27% għall-Parlament Ewropew u 31.16% għall-Kunsilli Lokali”, spjega Marmarà li nnota fit-turn-out il-votanti reġistrati li sal-Ħamis li għażlu li ma jiġbrux id-dokument tal-vot.
Qal li ċ-ċifri tat-turnout imqabbla like with like, jinkludu ukoll dawk li ivvutaw fl-aħħar jiem fil-jiem ta’ votazzjoni bikrija.