Il-filmat li l-ġimgħa li għaddiet wera grupp ta’ rġiel u tifel jissuttaw mara bil-bajd waqt festin nissel tħassib serju fl-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal.
Fi stqarrija dan spjega li fl-aħħar żmien, persuni taħt l-età qegħdin spiss ikunu f’postijiet tad-divertiment għall-adulti, bħal bars, clubs, parties u avvenimenti oħra.
Ilkoll postijiet fejn dawn it-tfal jmissu max-xorb, tabakk, sustanzi illegali oħra. Dan apparti li f’dawn it-tip ta’ sitwazzjonijiet, it-tfal kapaċi jaraw imġieba mhux xierqa u degredanti fil-konfront tagħhom jew ta’ persuni oħra.
L-Uffiċċju għall-Kummissarju għat-Tfal temm jappella lill-ġenituri biex dawn igawdu t-tfulija u jkunu protetti kif inhu xieraq.