Fi stqarrija, il-Kummissarju tat-Taxxa u d-Dwana avża li qed jintbagħat messaġġ frawdolenti fejn wieħed jintalab iħallas dejn ta’ aktar minn disa’ mija u sittin ewro sa dan ix-xahar li ninsabu fih. Intqal li fl-istess messaġġ qed jiġi wkoll ipprovdut link għal sit falz minn liema għandu jsir il-ħlas.
Il-Kummissarju għat-Taxxa avża li dan il-messaġġ mhux qed jintbagħat minnhom u kull min jirċievi dan it-tip ta’ messaġġ m’għandux jaċċessa l-link ipprovdut.
Meta jkun hemm ħlas tat-taxxa dovut, dan ma jsirx permezz ta’ link ipprovduta f’sempliċi messaġġ simili fuq il-mowbajl.