Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà se jkun qed jindirizza konferenza stampa b’rabta mal-każ ta’ Melvin Theuma.
Theuma ttieħed l-isptar it-Tlieta filgħaxija fejn qed isofri minn ġrieħi serji.
Filwaqt li l-pulizija qed tinvestiga l-każ, l-ewwel indikazzjonijiet juru li s-Sur Theuma weġġa’ lilu nnifsu.
Kelliem għall-pulizija qal li Melvin ġie operat tard bil-lejl. Sorsi qalu ma’ One News li Theuma weġġa’ serjament lilu nnifsu f’għonqu u tilef ħafna demm.
Il-konferenza se ssir fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, l-Furjana fid-9:30 ta’ dalgħodu.