F’intervista fuq ir-radju tal-Knisja, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà sostna li fit-terminu tiegħu qatt ma ntalbet xi inkjesta maġisterjali minħabba li l-Pulizija naqset milli tinvestiga allegazzjonijiet.
“Kemm ili Kummissarju tal-Pulizija u nisħaq fuq dan il-punt, ma nfetħet l-ebda inkjesta maġisterjali minħabba li l-Pulizija rrifjutat li tinvestiga.”
Il-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo GafàREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq ir-Radju tal-Knisja, il-Kummissarju tal-Pulizija ġie mistoqsi dwar ir-riforma fl-inkjesti.
“Iżid iċ-checks and balances mill-Pulizija, għax jekk il-Pulizija f’sitt xhur ma tkunx mexxiet, inti tista’ tmur quddiem imħallef u l-imħallef jiskrutinak. Il-Pulizija tista’ tara li forsi għandha nuqqas ta’ expertise u hi stess titlob li tiftaħ inkjesta maġisterjali.”
Il-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà
Qal ukoll kif l-abbozz se jagħti aktar drittijiet lill-vittmi tal-kriminalità, għax se jingħataw informazzjoni dwar fiex tkun waslet l-inkjesta.
F’din l-intervista, il-Kummissarju tkellem dwar il-miżinformazzjoni li jkun hemm dwar il-Korp tal-Pulizija.
“Sal-bieraħ rajt post fejn xi ħadd qed jakkużani li jien ftaħt inkjesta fuq xi ħadd partikolari. Meta fittixt irriżulta li kien għaxar snin ilu.”
Il-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà
Mistoqsi dwar kif iħossu meta jaf li l-Partit Nazzjonalista hu kontrih, Gafà rrimarka li, sa mill-ewwel ġurnata, lanqas attenda għall-proċess fejn intagħżel.
Kreditu tar-ritratt: Andrew Azzopardi